Saturday, November 16, 2024

Laporta jitkellem dwar Pedri u Gavi

Aqra wkoll

Il-president ta’ Barcelona Joan Laporta tkellem dwar żewġ plejers li jqishom fundamentali għat-tim u dawn huma Pedri u Gavi. Hu qal li minkejja l-interess enormi ta’ diversi timijiet, dawn iż-żewġ plejers mhux se jiċċaqalqu mill-Katalunja.  

Laporta tkellem ukoll dwar il-problemi finanzjarji fejn sostna li d-diriġenti tiegħu qed joqogħdu bil-għaqal u jonfqu kull ċenteżmu kif suppost. Hu faħħar lil kulħadd tal-kampjonat li ntrebaħ u kif immansaw lil Real Madrid.  

Finalment hu tkellem dwar il-Camp Nou li qed isirlu ristrutturar u sostna li dan hu grawnd leġġendarju.  

Ekonomija

Sport