Il-Prim Ministru Spanjol, Pedro Sánchez illejla wasal f’Malta fejn kellu taħditiet mal-Prim Ministru Robert Abela fil-Berġa ta’ Kastilja.
Din il-laqgħa bejn il-Prim Ministru Malti u dak Spanjol qed issir bi tħejjija għall-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bejn Lulju u Diċembru li ġej.
Huma mistennija jindirizzaw il-ġurnalisti fi tmiem din il-laqgħa.