Sunday, May 19, 2024

Joħroġ ir-riżultat tad-DNA tat-tfajla li qalet li hi Madeleine McCann

Aqra wkoll

It-tfajla li fl-aħħar ġimgħat serqet l-attenzjoni tal-midja barranija meta allegat li hi setgħet tkun Madeleine McCann u spiċċat b’eluf ta’ segwaċi fuq il-pjattaformi online rċeviet it-test tad-DNA. 

Minħabba l-popolarità li kisbet, Julia Wendell ta’ 21 sena spiċċat anke mhedda b’ħajjitha u għalhekk ħarbet mill-Polonja lejn l-Amerika fejn għamlet test tad-DNA biex tiskopri iżjed dwar l-identità tagħha.

Ir-riżultati tat-test ikkonfermaw li hija mhix iċ-ċkejkna li għebet waqt btala mal-familja tagħha lura fl-2007.

Ir-riżultati madanakollu kkonfermaw li t-tifla hija Pollakka u għalkemm ma tistax tkun 100 fil-mija, jidher li ommha hija verament l-omm bijoloġika tagħha. Minkejja dan mhux l-istess jista’ jingħad dwar missierha fejn għaddejjin iżjed testijiet biex jikkjarifikaw ċertu affarijiet minħabba li fir-riżultati nstab li t-tfajla għandha traċċi mil-Litwanja u mir-Russja.

Sport