It-Tnejn mistennija ssir laqgħa bejn l-attakkant ta’ Manchester United, Cristiano Ronaldo, u l-coach Erik ten Hag, wara rapporti li l-internazzjonali Portugiż irid iħalli lill-club f’Jannar li ġej.
Il-futur ta’ Ronaldo jibqa’ inċert wara li Ten Hag issospenda lil dan il-player ta’ 37 sena mill-ewwel skwadra wara li rrifjuta li jidħol jilgħab bħala sostitut u minflok telaq ‘il barra minn Old Trafford fir-rebħa ta’ 2-0 fuq Tottenham Hotspur.
Ronaldo jinsab taħt kuntratt sa tmiem l-istaġun u Ten Hag għamilha ċara li Ronaldo jibqa’ mal-United sa tmiem l-istaġun.
Madankollu, il-ġerarkija tal-United trid li Ronaldo jħalli l-club fit-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar minħabba li r-relazzjoni tiegħu mal-club iddeterjorat.