Tuesday, May 14, 2024

Reviżjoni fil-pagi fost il-prijoritajiet tan-nies għall-Budget

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Studju li sar minn MaltaSurvey.com sab li l-akbar prijorità tan-nies Maltin għal dan il-budget li se jitħabbar illejla hija r-reviżjoni fil-pagi tagħhom. Skont dan l-istess studju aktar minn 50 fil-mija wieġbu li din hija l-prijorità tagħhom għad-dokument li se jkun qiegħed jinqara llejla mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana.

Il-poplu jidher li jinteressah ukoll mill-kontroll fuq il-prezzijiet tal-ikel u din nstabet li hija t-tieni prijorità tiegħu. Prijorità oħra għall-poplu hija reviżjoni fil-prezzijiet tal-proprjetà.

Dan l-istudju kien ibbażat fuq il-fehma ta’ xejn inqas minn 1,611 persuna li 60.5 fil-mija kienu nisa, 38.4 fil-mija kienu rġieli, filwaqt li 1.1 fil-mija għażlu li ma jiddikjarawx il-ġeneru tagħhom.

Fost l-aktar setturi li jaraw li għandhom jiġu indirizzati huma l-ambjent, is-saħħa u l-edukazzjoni.

Sport