L-attakkant ta’ Inter, Lautaro Martinez sostna li jinsab interessat li jingħaqad ma’ Tottenham Hotspur.
Wara l-ħatra tal-ex manager ta’ Inter Antonio Conte bħala managaer ta’ Spurs, il-Lilywhites ġew marbuta ma’ għadd ta’ stilel tan-Nerazzurri li rebħu t-titlu fl-istaġun li għadda, bl-Arġentin jingħad li huwa mira ewlenija.
Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena jinsab miftuħ għal ċaqliq fil-Premier League u għal rijunjoni ma’ Conte wara interess preċedenti mill-club minn Londra.
Tottenham allegatament qablu rigward ħlas għall-internazzjonali Arġentina ma’ Inter fis-sajf, iżda l-ftehim eventwalment sfaxxa minkejja l-interess kontinwu fl-attakkant.
Martinez, li wasal fil-kapitali Taljana fl-2018, skorja sitt goals fi 12-il partita tas-Serie A għaċ-champions Taljani s’issa dan l-istaġun, u kabbar l-ammont totali tiegħu għal 55 goal u 21 assist f’148 dehra għall-club, filwaqt li l-35 dehra tiegħu mal-Albiceleste diġà pproduċew 17-il goal internazzjonali.
Il-player ta’ 24 sena deher fit-38 logħba kollha fil-kampanja trijonfanti tal-kampjonat tat-team tiegħu taħt Conte fl-istaġun li għadda, u skorja 17-il goal u pprovda 10 assists.