Friday, April 19, 2024

Sergio Ramos jista’ jiddebutta ma’ Paris Saint-Germain kontra Manchester City

Aqra wkoll

Sergio Ramos fl-aħħar jista’ jagħmel id-debutt tant mistenni ma’ Paris Saint-Germain wara li ġie inkluż fl-iskwadra għall-battalja taċ-Champions League tal-Erbgħa ma’ Manchester City.

Il-player ta’ 35 sena ġarrab tliet xhur ta’ frustrazzjoni minn meta ngħaqad mal-Pariġini bi free transfer, bi problema fil-pexxul li s’issa żammitlu milli jiddebutta għat-team ta’ Mauricio Pochettino.

Kien hemm spekulazzjoni li l-ftehim ta’ Ramos seta’ ġie mitmum minħabba l-injury li kellu, iżda l-ex player ta’ Real Madrid issa jidher li lest li jaghħmel id-debutt mal-Pariġini.

Ramos ma kienx utilizzat fir-rebħa tal-Ligue 1 kontra Nantes fi tmiem il-ġimgħa, iżda PSG ikkonfermaw it-Tlieta filgħodu li se jkun parti mill-iskwadra għal kontra Man City.

Sport