L-attakkant Arġentin ta’ Inter Lautaro Martinez iżżewweġ lis-sieħba tiegħu Agustina Gandolfo f’ċerimonja li saret f’Como u riċeviment f’Cernobio, ferm viċin Lago di Como.
Fost il-mistednin kien hemm ukoll l-istilla Arġentina Lionel Messi.
Lautaro kien protagonista għal Inter matul dan l-istaġun u bid-doppjetta li skorja kontra Fiorentina fil-finali rebħu l-Coppa Italia.