Tuesday, May 14, 2024

Shaktar Donetsk champions tal-Ukrajna

Aqra wkoll

Shaktar Donetsk ikkonfermaw it-titlu ta’ champions tal-Ukrajna wara r-rebħa kbira ta’ 3-0 kontra Dnipro. Kienet wirja kollettiva minn Shaktar li sabu x-xibka minn Artem Bondarenko, Danylo Sikan u Taras Stepanenko. 

Għat-tim minn Donetsk dan kien l-14-il titlu fl-istorja tagħhom sabiex issa jinsabu wkoll fil-UEFA Champions League għall-istaġun li ġej. Huma se jkunu qed jikkwalifikaw direttament fil-fażi tal-gruppi ta’ din il-kompetizzjoni prestiġġjuża wara li huma jinsabu fit-12-il post tar-ranking tal-UEFA b’Inter u Manchester City li tawhom iċ-ċans jagħmlu dan wara l-kwalifikazzjoni tagħhom fil-finali.

Sport