Lejn l-aħħar tas-sena d-diriġenti ta’ Inter se jippruvaw jikkonvinċu lill-attakkant Arġentin Lautaro Martinez sabiex iġedded il-kuntratt tiegħu. Martinez jidher li se jaċċetta din il-proposta minħabba li jinsab ferm għal qalbu magħhom. Hu qed ikun determinanti anke għal dan l-istaġun speċjalment bil-bidu qawwi li kellhom i Nerazzurri.
Martinez għandu 26 sena u ilu ma’ Inter sa mis-sena 2018 fejn skorja 84 gowl f’178 partita.