Il-kap eżekuttiv ta’ Inter Beppe Marotta ta aġġornament pożittiv rigward is-sitwazzjoni kuntrattwali ta’ Lautaro Martinez fil-club.
Wara t-tluq ta’ Romelu Lukaku ma’ Chelsea, in-Nerazzurri kienu ddisprati biex iżommu liż-żagħżugħ ta’ 24 sena, li kien ġie marbut ma’ pass lejn il-Premier League dan is-sajf, bir-rivali tat-Tramuntana ta’ Londra Tottenham Hotspur u Arsenal maħsuba wkoll li kienu esprimew l-interess tagħhom.
Martinez jara l-kuntratt kurrenti tiegħu jiskadi fl-2023, madankollu Marotta kkonferma li l-club jinsab f’negozjati diretti mal-Arġentin biex jestendi l-ftehim tiegħu.
“Aħna qegħdin f’taħditiet avvanzati sew biex nestendu l-kuntratt ta’ Lautaro Martinez bħal ma’ plejers oħra wkoll. Ninsabu kunfidenti – m’hemm l-ebda problema fuq sitwazzjonijiet ta’ kuntratt”, qal Marotta.
Marotta jinsab ukoll bit-tama li ċ-champions Taljani jistgħu jorbtu lid-duo Kroat Marcelo Brozovic u Ivan Perisic b’kuntratti ġodda, minħabba li l-ftehim attwali tagħhom jiskadi fis-sajf li ġej.
Martinez kellu impressjonanti għal Inter l-istaġun li għadda, fejn skorja 19-il goal u pprovda 11-il assist f’48 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.