Monday, May 13, 2024

Liverpool se jdaħħlu £17-il miljun minħabba klawsola fil-kuntratt ta’ Philippe Coutinho ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Liverpool mistennija jdaħħlu £17-il miljun żejda dan l-istaġun minħabba klawsola fil-kuntratt ta’ Barcelona ta’ Philippe Coutinho.

Iż=żmien tal-internazzjonali tal-Brażil fil-Camp Nou kien milqut minn injuries, u huwa rnexxielu jagħmel biss 14-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha matul l-istaġun 2020-21.

Coutinho kien marbut bil-qawwa ma’ pass lura għall-Premier League matul is-sajf, iżda ritorn naqas milli jimmaterjalizza, u għadu maħsub li jinsab fil-pjanijiet ta’ Ronald Koeman.

L-attakkant lagħab 90 darba għal Barcelona, u Barcelona għandhom joħorġu £17-il miljun oħra lil Liverpool jekk jilħaq il-marka tal-100 logħba.

Il-Blaugrana inizjalment ħallsu lil Liverpool £121.5m għal Coutinho f’Jannar 2018, u l-player ta’ 29 sena skorja 23 goal u pprovda 14-il assist għat-team ta’ Koeman fil-kompetizzjonijiet kollha.

Coutinho ma kienx inkluż fl-iskwadra għall-ewwel żewġ logħbiet ta’ Barcelona fl-istaġun il-ġdid tal-La Liga iżda kien sostitut mhux utilizzat fir-rebħa tagħhom ta’ 2-1 fuq Getafe qabel il-waqfa internazzjonali.

Sport