Friday, November 15, 2024

Lautaro Martinez segwit minn Arsenal

Aqra wkoll

Arsenal huma lesti li jżidu l-isforzi tagħhom biex jiffirmaw lill-attakkant ta’ Inter, Lautaro Martinez, matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

B’Alexandre Lacazette u Eddie Nketiah potenzjalment se jħallu l-Emirates Stadium bħala free agents, ġie dokumentat sew li l-Gunners x’aktarx ikunu fis-suq tat-trasferimenti għal mill-inqas attakkant ġdid wieħed.

Martinez, kif ukoll Gabriel Jesus u Dominic Calvert-Lewin, ġew marbuta b’mod qawwi ma’ ċaqliq lejn it-Tramuntana ta’ Londra qabel l-istaġun 2022-23.

Madankollu, huwa mifhum Martinez issa jinsab iktar favorit minn dawk iż-żewġ players l-oħra fejn jidħlu akkwisti potenzjali ġodda ma’ Arsenal.

Minħabba t-taqbida finanzjarja kontinwi tagħhom, Inter huma lesti li jċedu wieħed mill-players ewlenin tagħhom bi ħlas ta’ madwar £60 miljun.

Minbarra li kwalunkwe offerta tiddependi fuq il-kwalifikazzjoni taċ-Champions League, il-manager ta’ Arsenal Mikel Arteta tefa’ wkoll dubju dwar jekk il-club jiflaħx li jagħmel akkwist ġdid li jivolvi flus kbar.

Martinez li għandu 24 sena skorja 17-il goal minn 32 dehra fis-Serie A f’dan l-istaġun.

Ekonomija

Sport