Lazio qed ifittxu sostitu għall-plejer Serb Sergej Milinkovic Savic li mar jilgħab fl-Arabja Sawdija. Il-kowċ Maurizio Sarri identifika żewġ plejers li jistgħu jimlew il-vojt tal-plejer ta’ 28 sena u dawn huma Daichi Kamada ta’ Eintracht Frankfurt u Arsen Zakharyan ta’ Dynamo Moscow.
Fil-verita’ l-eks kowċ ta’ Napoli jixtieq ħafna lil Zakharyan, midfielder li għandu 20 sena u li għandu futur quddiemu speċjalment bil-ħeffa tiegħu f’nofs il-grawnd.
Madankollu mhux se tkun biċċa xogħol faċli li jiksbu s-servizzi tiegħu b’Dynamo Moscow li għadhom iridu jiftħu d-diskussjonijiet.