Friday, May 3, 2024

Khvicha Kvaratskhelia se jġedded ma’ Napoli

Aqra wkoll

Wara li rnexxielhom iġeddu l-kuntratt ta’ Piotr Zielinski, Napoli qed jitkellmu mar-rappreżentant ta’ Khvicha Kvaratskhelia. Dan tal-aħħar kien protagonista prinċipali fir-rebħ tal-kampjonat tal-Partenopei wara 33 sena. 

In-Naplitani qed jitolbu lill-plejer Ġeorġjan sabiex iżid iż-żmien tiegħu fil-belt tan-naħa t’isfel tal-Italja sa Ġunju 2028 filwaqt li jkun hemm salarju doppju lest għalih. B’hekk Kvaratshkelia mistenni jaqla’ €2.5 miljun kull staġun. 

Sport