Wednesday, October 9, 2024

Lazio ilhom disa’ snin ma jibdew daqshekk ħażin

Aqra wkoll

Lazio ilhom disa’ snin ma jkollhom bidu daqshekk diżastruż fil-kampjonat Taljan hekk kif wara erba’ partiti huma kisbu biss tliet punti. Is-Sibt li għadda huma tilfu t-tielet logħba tagħhom kontra Juventus bl-iskor ta’ 3-1. 

Sadanittant fl-istaġun 2014/15 huma kienu jinsabu fl-istess sitwazzjoni hekk kif wara telfiet kontra Milan, Genoa u Udinese, huma kienu rebħu biss lil Cesena fir-raba’ ġurnata. Dak iż-żmien il-kowċ kien Stefano Pioli għalkemm aktar tard fl-istaġun huma qabdu r-ritmu u saħansitra rnexxielhom jiġu fit-tielet post tal-klassifika sabiex kisbu post fil-UEFA Champions League.

Għal dawk il-partitarji ta’ Lazio li huma xi ftit superstizzjużi, dan jista’ jservi sabiex jagħmlu l-qalb wara dawn ir-riżultati xejn mixtieqa.

Sport