Wednesday, October 9, 2024

Mourinho jispjega r-raġuni li ma marx għall-konferenza stampa wara l-logħba kontra Milan

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ AS Roma Jose Mourinho spjega d-deċiżjoni tiegħu li ma jattendix għall-konferenza stampa wara l-logħba kontra AC Milan wara l-waqfa.

Mourinho qal li hu jieħu dawn id-deċiżjonijiet għax hu bniedem onest u dak il-ħin ma ħassx li kellu jmur jaffaċċja l-ġurnalisti f’mument fejn kien xi ftit nervuż.

Milan kienu rebħu kontra l-Giallorossi bl-iskor ta’ 2-1 fi Stadio Olimpico bil-pubbliku jikkritika lit-tim għal dik it-telfa.

Mourinho ilu jmexxi lil Roma  minn Ġunju 2021.

Sport