Thursday, September 10, 2026
Home Sport League Cup: L-erba’ sostituzzjonijiet fit-tieni taqsima jagħmlu d-differenza għal Chelsea

League Cup: L-erba’ sostituzzjonijiet fit-tieni taqsima jagħmlu d-differenza għal Chelsea

0
47

Chelsea għaddew għar-raba’ round tal-League Cup b’rebħa spettakolari ta’ 6-3 fuq Leeds United fi Stamford Bridge.

Madankollu, il-coach, Xabi Alonso, ammetta li t-team tiegħu kellu bidu dgħajjef ħafna u ħa r-responsabbiltà għal dan. 

Chelsea kienu żewġ gowls minn taħt wara li Tarik Muharemovic fetaħ l-iskor u Brenden Aaronson kabbar il-vantaġġ ta’ Leeds ftit wara l-bidu tat-tieni taqsima. 

Fl-ewwel taqsima, il-partitarji ta’ Chelsea bdew saħansitra jsaffru lit-team tagħhom, hekk kif Leeds ħadu l-kontroll tal-logħba. 

Alonso għamel erba’ sostituzzjonijiet fil-mistrieħ, b’Cole Palmer, Morgan Rogers, Pedro Neto u Reece James jidħlu fil-logħba biex dawn is-sostituzzjonijiet bidlu kompletament id-destin tal-partita. 

Palmer skorja darbtejn, filwaqt li Neto sab ix-xibka wkoll. Rogers kellu sehem f’erba’ goals minn azzjoni miftuħa. 

Chelsea eventwalment skorjaw sitt darbiet fit-tieni taqsima u dawru r-riżultat. 

Alonso qal li kellu jerfa’ r-responsabbiltà u jgħin aħjar lill-players tiegħu biex jevitaw bidu daqshekk diffiċli.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here