Meta tard nhar l-Erbgħa filgħaxija ġew imtellgħin il-poloz tar-raba’ round tal-League Cup, Manchester United se jiltaqgħu kontra Newcastle United f’ripetizzjoni tal-finali tal-istaġun li għadda li ġiet mirbuħa mir-Red Devils bl-iskor ta’ 2-0 f’Wembley Stadium.
West Ham se jilqgħu lil Arsenal, waqt li Bournemouth se jkunu f’darhom kontra Liverpool u Everton jilqgħu lill-club antik tal-manager Sean Dyche, Burnley, fi tliet impenji oħra bejn timijiet tal-Premier League.
Fulham se jżuru lit-team taċ-Championship, Ipswich Town, li eliminaw lil Wolves u Chelsea se jkunu fi Stamford Bridge kontra Blackburn Rovers.
Fil-kwarti-finali se jkun hemm mill-inqas żewġ timijiet tal-Football League, b’Mansfield Town ta’ League Two jilqgħu lil Port Vale ta’ League One wkoll u Exeter City ta’ League Two jilagħbu kontra Middlesbrough.
Il-poloz tar-raba’ round li rriżultaw hekk:
Mansfield Town v Port Vale
Ipswich Town v Fulham
Man United v Newcastle
Bournemouth v Liverpool
Chelsea v Blackburn R.
West Ham United v Arsenal
Everton v Burnley
Exeter C. v Middlesbrough
(Jintlagħbu fil-ġimgħa li tibda 30 ta’ Ottubru)