Saturday, May 4, 2024

Sliema W. jiksbu t-tieni rebħa konsekuttiva

Mosta……………..0 Sliema W………..3

Aqra wkoll

Mosta: 22-David Akpan, 4-Adolfo Chara (5-Sasha Cachia 63), 7-Aliyu Isah, 8-Damian Aneni, 9-Moussa Camara (6-Christian Nnaji 62), 10-Precious Tenebe, 13-Clayton Failla, 16-Gianluca Sciberras (27-Eric Mensah 73), 20-Willie Britto, 74-Jake Vassallo (21-Nathan Agius 63), 77-Zachary Brincat (2-William Legault 62) Coach: Joseph Grech

Sliema W.: 22-Rashed Al Tumi, 2-Jean Borg, 6-Joseph Minala, 7-Jake Engerer (20-Denis Damsen 84), 9-Vito Plut (70-Lydon Micallef 84), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 21-Neil Frendo, 33-Geoffrey Acheampong (55-Israel Dos Santos 90), 39-Samuel Mata (77-Mohamed Awad 73), 99-Karim Abubakar (18-Edmond Agius 73) Coach: Paul Zammit.

Referee: Trustin Farrugia Cann
Ass. Referees: Luke Portelli, Vasil Vasilev
Raba’ Uffiċjal: Alex Johnson
Skorers: V. Plut 49, 55, G. Alcino 89 (S)
Ammoniti: A. Isah, P. Tenebe, C. Failla, Z. Brincat (M), G. Alcino, G. Acheampong (S)
Player tal-Logħba: Jake Engerer (S)

Wara r-rebħa minima ta’ 1-0 kontra Valletta, Sliema Wanderers, kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Mosta bl-iskor konvinċenti ta’ 3-0, bit-tliet goals għalihom jaslu fit-tieni taqsima.

Kienu Sliema li ħolqu l-ewwel periklu wara biss minuta permezz tal-attakkant Sloven Vito Plut, li kellu t-tentattiv tiegħu jaħbat mal-lasta.

Mosta wieġbu erba’ minuti wara permezz ta’ Zachary Brincat li kellu x-xutt bid-dawra tiegpu jintemm barra. 

Sliema wieġbu fid-39 minuta, meta Myles Beerman xeħet cross li sab lil Karim Abubakar li venven xutt b’saħħtu li sab lil David Akpan attent. 

Iżda kienu Mosta li tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor fit-42 minuta meta l-ewwel Gianluca Sciberras laqat il-mimduda, waqt li ftit wara Aliyu Isah kellu t-tentattiv tiegħu li stampa mal-wieqfa.

Sliema ma setax kellhom bidu tat-tieni taqsima aħjar hekk kif fid-49 minuta, marru fil-vantaġġ meta minn cross ta’ Jake Engerer, VITO PLUT, mill-viċin tefa’ ġewwa. 

Huma rduppjaw l-iskor fil-55 minuta, meta wara li rċieva minn cross preċiż ta’ Jake Engerer, VITO PLUT, b’daqqa ta’ ras daqstant ieħor preċiża għeleb lill-goalkeeper ta’ Mosta, Akpan, li salva parzjalment iżda ma żammx, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.

Il-Wanderers issiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal fid-89 minuta, permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-isbaħ ta’ GUSTAVO ALCINO.

Sport