Monday, September 30, 2024

Federico Falcone jsalva lil Valletta b’goal fil-ħin miżjud

Aqra wkoll

Birkirkara ………1

Valletta ………….1

Kellu jkun goal drammatiku fil-91 minuta minn daqqa ta’ ras mill-isbaħ ta’ Federico Falcone li ta draw ġust ta’ 1-1 lil Valletta kontra r-rivali Birkirkara.

Kollox ma’ kollox kien konfront bilanċjat u akka­nit, biż-żewġ naħat ikollhom il-waqtiet pożittivi tagħhom, fejn ħolqu diversi ċansijiet ta’ skor.

Kienu Birkikarra li ħarġu fuq l-offensiva u fir-raba’ minuta Alex Satariano kellu d-daqqa ta’ ras salvata bla diffikultá mill-goalkeeper Jake Galea.

Valletta wieġbu mal-kwarta logħob meta daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Federico Falcone, li f’din il-partita kien qed jilgħab proprju kontra l-eks team tiegħu, intemmet ftit barra.

U proprju minuta biss wara, iI-coach ta’ Birkirkara, Giovanni Tedesco, kien kos­trett jeffettwa l-ewwel sostituzzjoni meta weġġa’ Enmy Manuel Pena Beltre biex minfloku daħal jilgħab is-sostitut ta’ 19-il sena, Nathan Cross.

Fil-21 minuta, Birkirakara fetħu l-iskor meta Alex Sata­riano approfitta bis-sħiħ minn żelqa ta’ Juan Ramires Bolanos, avvanza tajjeb,  u serva fuq platt tal-fidda lil PAUL MBONG li tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Valletta, ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv ovvju li jġibu l-iskor indaqs u, fid-49 minuta, Brandon Paiber kellu xutt mid-distanza li għadda ftit għoli.

L-Istripes wieġbu żewġ minuti biss wara meta xutt fil-baxx ta’ Paul Mbong, ġie salvat minn Jake Galea.

Fl-64 minuta, it-team mill-belt kapitali reġa’ ħoloq il- periklu permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Jhonnattann li deher ftit żbilanċjat biex intemmet ftit għoli.

Fil-75 minuta, Birkirkara, fallew ċans li jirduppjaw meta Alex Satariano għamel l-impossibbli u wiċċ imb’wiċċ ma’ Jake Galea, tefa’ għoli.

U fil-91 minuta, Valletta kisbu d-draw minn FEDERICO FALCONE permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-isbaħ.

birkirkara: 1-Marcel Zapytowski, 3-Daniele Mariani, 4-Jovan Pajovic, 7-Adailton Queiroz de Jesus (91-Maxuell Maia 89), 8-Yannick Yankam, 10-Paul Mbong (99-Andrei Ciolacu 69), 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano, 24-Enmy Manuel Pena Beltre (30-Nathan Cross 16), 42-Simon Zibo, 77-Aki Diakite  – Coach: Giovanni Tedesco

Valletta: 16-Jake Galea, 3-Juan Ramires Bolanos (66-Neil Anthony Micallef 31), 6-Enzo Ruiz, 8-Fernando Omar Barrientos, 9-Santiago Adrian Ferraris (23-Donys Maldonado 54), 10-Shaun Dimech (88-David Garba 69), 20-Federico Falcone, 22-Brandon Paiber, 30-Victor Luiz Prestes Filho, 44-Federico Dario Jose Vega, 77-Jhonnattann Benites Da Conceicao (11-Luka Susnjara 69)   – Coach: Thane Micallef

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORERS: P. Mbong 21 (B), F. Falcone 91 (V)

AMMONITI: M. Zapytwoski, A. Queroz de Jesus, K. Zammit, A. Satariano, A. Ciolacu, K. Zammit (B), V. L. Prestes Filho, D. Maldonado (V)

Sport