Wednesday, September 10, 2025

Leave speċjali għall-ġenituri li t-trabi tagħhom ikollhom bżonn jirċievu kura intensiva fl-NPICU

Id-diskussjoni se tkun elevata għal waħda nazzjonali

Aqra wkoll

“Fil-ġimgħat li għaddew bdejt nikkonsulta mal-professjonisti mediċi u ma’ ġenituri li t-trabi tagħhom iddaħħlu għall-kura intensiva fl-NPICU. Fil-25 ta’ Settembru se nkunu qed nelevaw din id-diskussjoni għal waħda nazzjonali, bl-għan aħħari huwa li kif ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela jitnieda leave speċjali għal dawn il-ġenituri, biex jieħdu ħsieb lit-tarbija tagħhom fl-aktar mument delikat ta’ ħajjithom”. 

Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul f’kitba fuq Facebook fejn ħeġġeġ lil dawk dawk kollha li b’xi mod jew ieħor missew ma’ din ir-realtà – minn ġenituri għal professjonisti mediċi, sabiex fil-25 ta’ Settembru jingħaqdu flimkien u jgħidu l-esperjenza tagħhom.

F’Ġunju li għadda, il-Prim Ministru ħabbar li qed isir xogħol biex tiġi introdotta miżura ġdida għall-ġenituri ta’ trabi li jkunu jeħtieġu jinżammu rikoverati fl-ITU tat-tfal (NPICU) biex ikollhom leave apposta matul il-perjodu li jqattgħu m’uliedhom.

F’intervista, Dr Abela spjega li din ir-realtà tqajmet mid-Deputat Laburista Romilda Zarb fil-Parlament u b’sinerġija mas-Segretarju Parlamentari Andy Ellul qed issir ħidma fuqha biex tidħol fis-seħħ bil-għan li tagħmel differenza f’ħajjet in-nies.  

Dr Abela qal li meta l-Gvern se jkun qed ifassal il-Budget li jmiss, ma jistax iħalli realtajiet individwali barra u għalhekk se jibqa’ għaddej b’ħidma ffukata isiru aktar bidliet fil-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport