Friday, April 19, 2024

Leeds United ikeċċu lill-coach Jesse Marsch

Aqra wkoll

Leeds United keċċew lill-coach, Jesse Marsch, wara inqas minn 12-il xahar fil-kariga tiegħu. 

Taħt it-tmexxija tal-Amerikan ta’ 49 sena, Leeds ilhom ma jirbħu għal dawn l-aħħar seba’ partiti … bl-aħħar telfa tkun kontra Nottingham Forest bl-iskor ta’ 1-0. 

B’din it-telfa issa Leeds jinsabu fis-17-il post tal-klassifika, eżattament fuq iż-żona tar-relegazzjoni.  

L-eks coach ta’ Leipzig kien ħa post Marcelo Bielsa u għehom fit-tentattiv tagħhom li jsalvaw mir-relegazzjoni.

Iżda minkejja li kien appoġġjat fis-suq tat-trasferimenti, f’dan l-istaġun xorta waħda jinsabu jissieltu għas-salvazzjoni.

Sport