Leeds United, Southampton u Fulham huma kollha interessati li jiffirmaw lid-difensur ta’ Manchester United, Phil Jones, dan is-sajf.
Il-player ta’ 30 sena, li dalwaqt se jkun qed jidħol fl-aħħar sena tal-kuntratt tiegħu f’Old Trafford qed jiffaċċja futur inċert fil-club wara l-wasla tal-manager Erik ten Hag. Jones tħabat ma’ diversi injuries f’dawn l-aħħar snin u sussegwentement għamel biss 13-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha mill-istaġun 2019-20 ‘l hawn, inklużi ħames dehriet biss fl-istaġun li għadda taħt il-gwida tal-manager Ralf Rangnick.