Leeds United jinsabu f’taħditiet ma’ Sporting Lisbon biex jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali Ekwadorjan, Gonzalo Plata. F’dan l-istaġun huwa kien misluf lil Villarreal u tant impressjoni li l-club Spanjol ried iżommu b’mod permanenti iżda m’għandux il-fondi neċessarji u jidher li staġun ieħor mhux se jilgħab f’La Liga.
Huwa kien ingħaqad ma’ Sporting mingħand il-club Venezwelan, Independiente del Valle, fl-2019.
Jingħad li t-taħtidiet bejn Leeds u Sporting huma fi stadju avvanzat iżda huwa qed jistenna d-deċiżjoni mill-qorti dwar il-futur tiegħu.
Dan minħabba li f’Diċembru li għadda u ttella’ l-qorti wara li l-livell ta’ alkoħol kien tliet darbiet min-normal hekk kif kien involut f’aċċident tat-traffiku, b’żewġ persuni jispiċċaw f’qagħda kritika.
Jekk jinstab ħati għal dan l-att ta’ akkuża jista’ jeħel il-ħabs.