Monday, December 9, 2024

Legat Ġdid għal Malta: Gladiator II jiddomina madwar id-dinja – il-Kummissarju tal-Films Johann Grech

Aqra wkoll

Il-Kummissarju tal-Films Johann Grech f’intervsita ma’ IT-TORĊA, tkellem dwar il-film Gladiator u s-suċċess li qed jagħmel u ddikjara li “bħala Kummissarju tal-Films ta’ pajjiżna, ħdimt bis-sħiħ biex nerġgħu nattiraw lil Ridley Scott. Hu ddikjara ukoll li dan hu legat ġdid għal Malta

Nistaqsuh kif Bħalissa, il-film Gladiator II qed jattira attenzjoni globali u jikser rekords fis-swali taċ-ċinema. Insemmulu kif Malta kienet fiċ-ċentru ta’ dan il-film, imma kif ġie deċiż li parti kbira mill-produzzjoni ssir hawn?

Il-Kummissarju tal-Films, Johann Grech wieġeb li “fl-industrija tal-films, ir-reputazzjoni hija kollox. Fl-1999, Sir Ridley Scott, bil-film tiegħu Gladiator, poġġiena fuq il-mappa tad-dinja tal-films. Għalina, Sir Ridley Scott huwa ambaxxatur għal pajjiżna.”

Jgħid li “fil-films, iċ-ċokon tagħna u l-flessibilità li noffru huma vantaġġ, mhux żvantaġġ. Għalhekk irridu nieħdu ħsieb biex dan il-vantaġġ nikkonsolidawh u mhux nitilfuh. Bħala Kummissarju tal-Films ta’ pajjiżna, ħdimt bis-sħiħ biex nerġgħu nattiraw lil Ridley Scott, bil-films tiegħu, lejn pajjiżna. Fil-fatt, wara 22 sena sħaħ, Ridley reġa’ lura Malta u ħadem żewġ films oħra.Kien Jannar tal-2021 meta bdejna d-diskussjonijiet ma’ Ridley u t-tim tiegħu biex jiġu Malta, potenzjalment biex jinħadem Napoleon f’pajjiżna. F’Mejju tal-2021, meta organizzajna ż-żjara ta’ Ridley u t-tim tiegħu f’pajjiżna, setgħu jaraw mill-qrib kif Malta kienet evolviet minn dak iż-żmien li Ridley kien hawn għal Gladiator.”

Tenna li “l-kapaċità ta’ pajjiżna immaturat, u urejna ċar lil Ridley Scott li produzzjonijiet kbar bħal tiegħu jistgħu jinħadmu f’Malta faċilment. Il-konvinzjoni ma waslitx minn argument wieħed biss, imma minn esperjenza konkreta: crews Maltin professjonali u talentati, u impenn sħiħ mill-Kummissjoni tal-Films lejn il-produzzjonijiet li jinħadmu f’pajjiżna.”

Enfasizza li “fil-fatt, f’April tal-2022 beda jinħadem Napoleon, li 30% tiegħu nħadem f’Malta. Waqt li kien għaddej il-filming ta’ Napoleon, bdejna niddiskutu l-proġett Gladiator II. Id-diskussjonijiet kienu aktar intensivi u diffiċli, peress li Ridley ried jibni mill-ġdid il-Kollosew u partijiet minn Ruma. Konna qed nikkompetu ma’ pajjiżi ferm akbar minna, għax kulħadd ried li Gladiator II jinħadem f’pajjiżu. Pajjiżi bħall-Marokk, Spanja u l-Italja offrew alternattivi oħra. Malta, iżda, tat aktar minn sfond għall-film; konna sħab fil-viżjoni ta’ Gladiator II. Il-pjan tagħna kien wieħed strateġiku u li jsaħħaħ l-ekosistema Maltija tal-films fuq kull livell. Fil-fatt, 96% tal-film Gladiator II inħadem f’Malta. Għandna l-unur ngħidu li pajjiżna huwa l-pajjiż ta’ Gladiator.”

Jisħaq li “Illum, bis-saħħa tax-xogħol tagħna, nistgħu ngħidu li dan il-proġett mhux biss reġa’ poġġa lil Malta fuq il-mappa tad-dinja tal-films, iżda wkoll fetaħ toroq ġodda għall-futur tal-industrija tal-films tagħna. Dan huwa l-legat tagħna.”

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport