Leipzig kellhom staġun diffiċli ħafna, ċertament ‘il bogħod mill-aspettattivi staġjonali tagħhom. Wara l-bejgħ ta’ Dani Olmo, il-klabb Ġermaniż kien irnexxielu jżomm lil Xavi Simons, Benjamin Sesko u Lois Openda iżda xejn ma mar kif ippjanat, bejn wirjiet diżastrużi fiċ-Champions League u n-nuqqas ta’ konsistenza fil-Bundesliga li wasslet għat-tkeċċija tal-kowċ Marco Rose.
Issa l-ewwel pass se jkun il-ħatra tal-kowċ il-ġdid: Oliver Glasner ta’ Crystal Palace u Cesc Fabregas ta’ Como tħabbru fil-lista tal-kandidati, iżda ingħaqdu magħhom leġġenda tal-futbol Franċiż li bħalissa huwa ħieles minn kull kuntratt. Dan huwa Thierry Henry, li miegħu saru l-ewwel kuntatti.
Henry kellu avventura pożittiva mat-tim nazzjonali Franċiż ta’ taħt it-23 sena, li spiċċat b’midalja tal-fidda fl-Olimpjadi ta’ Pariġi.