Tuesday, September 15, 2026
Home Sport Serie A: Hakan Calhanoglu se jitlef il-partita importanti kontra Roma

Serie A: Hakan Calhanoglu se jitlef il-partita importanti kontra Roma

0
48

Inter ikkonfermaw li Hakan Calhanoglu sofra stirament fil-muskolu tal-koxxa tal-lemin, u għalhekk se jitlef il-partita importanti tas-Serie A kontra Roma, is-Sibt li ġej, fl-Olimpico.

Il-midfielder Tork kien diġà tilef ir-rebħa ta’ 5-3 kontra Udinese nhar it-Tnejn. Eżamijiet mediċi li saru nhar it-Tlieta, fil-Humanitas Clinical Institute, f’Rozzano, ikkonfermaw in-natura tal-injury. Inter qalu li l-kundizzjoni tiegħu se tiġi evalwata matul il-jiem li ġejjin.

Calhanoglu, ta’ 32 sena, skorja żewġ goals f’erba’ dehriet f’kull kompetizzjoni dan l-istaġun, inkluż fit-trijonfi kontra Monza u Cagliari. Kontra Udinese, il-coach, Cristian Chivu, uża lil Nicolò Barella, Henrikh Mkhitaryan u Piotr Zielinski f’nofs il-ground, filwaqt li Aleksandar Stankovic u Curtis Jones daħlu bħala sostituti fit-tieni taqsima.

Calhanoglu jinsab fis-sitt staġun tiegħu ma’ Inter. Mill-2021 huwa lagħab 216-il partita, skorja 52 goal u pprovda 39 assist. Il-kuntratt tiegħu ma’ Inter jintemm f’Ġunju 2027.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here