Raġel iweġġa’ serjament wara waqgħa f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tas-2.30pm, il-Pulizija kienet infurmata b’inċident fi blokka ta’ appartamenti fi Triq Forrest, San Ġiljan.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li Sirjan ta’ 18-il sena residenti Santa Venera, waqa’ għoli ta’ madwar erba’ sulari ġol-komun tal-blokka waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet.

Fuq il-post, ġew imsejħa membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku sabiex jassistu u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Dr Renata Farrugia LL.D ġiet infurmata u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport