Wednesday, February 5, 2025

Leipzig jistgħu jaħtru lil Ten Hag bħala kowċ

Aqra wkoll

Qed jissemma’ li RB Leipzig jistgħu jaħtru lill-kowċ Olandiż Erik Ten Hag bħala s-suċċessur ta’ Marco Rose fuq il-bank.

Ten Hag ilu mingħajr klabb sa minn Ottubru li għadda meta tkeċċa minn Manchester United b’Ruben Amorim li ħadlu post.

Min-naħa tiegħu Marco Rose ilu fil-kariga ta’ kowċ ta’ Leipzig sa mis-sajf tas-sena 2022. Bħalissa Leipzig jinsabu fir-raba’ post tal-klassifika b’21 punt minn 12-il logħba.

Sport