Saturday, January 18, 2025

Harry Maguire irid jibqa’ ma’ Man Utd

Aqra wkoll

L-eks captain ta’ Manchester United u difensur tat-tim nazzjonali Ingliż Harry Maguire qed jittama li jiffirma ftehim ġdid f’Old Trafford u jibqa’ għal iktar snin ma’ dan il-klabb.

Il-kuntratt preżenti ta’ Maguire jintemm f’Ġunju 2025 iżda l-eks plejer ta’ Leeds United hu fiduċjuż sabiex ikollu ftehim ieħor.

Maguire ingħaqad mar-Red Devils sa mis-sena 2019 fejn lagħab 146 partita u skorja sitt gowls.

Sport