Friday, November 22, 2024

Lejl impenjattiv fl-Emerġenza … Dr.Spiteri jappella biex fejn hu possibbli tingħata assistenza fil-polikliniċi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

It-tabib tal-Emerġenza Michael Spiteri qed jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku inġenerali u jappella biex il-poplu jagħmel l-aħjar użu possibbli mis-servizzi mogħtija.

Spiteri fakkar li f’każi li ma jkunux daqstant ta’ emerġenza, jew minħabba uġigħ ħafif wieħed jista’ jirrikorri fid-diversi polikliniċi madwar il-pajjiż li fihom hemm professjonisti li lesti biex joffru l-aħjar servizz ukoll.

Filwaqt li ħa l-opportunità biex jirringrazzja lill-istaff kollu fl-emerġenza li llejla jidher li se jkollhom lejl impenjattiv ħafna, wera l-apprezzament tiegħu lejn dawk li jifhmu li domanda daqstant kbira tista’ twassal għal xi dewmien.

Sport