Saturday, December 21, 2024

LEJN RIFORMA ĦOLISTIKA FIL-QORTI TAL-FAMILJA

Aqra wkoll

Il-qasam tal-ġustizzja qed jingħata prijorità minn dan il-Gvern biex tkompli tissaħħaħ is-saltna taddritt, fl-istess waqt li jippromwovi aktar l-aċċess għall-ġustizzja binnies ikunu fiċ-ċentru tagħha.

Dawn il-prijoritajiet għandhom rwol importanti biex jiżguraw ukoll aktar fiduċja fl-istituzzjonijiet. Matul is-sena li ġejja, kif hemm elenkat fid-dokument ta’ qabel ilBudget, il-Gvern se jkun qiegħed jimbarka fuq diversi inizjattivi u riformi bil-għan li jkompli jiżdied dan l-aċċess għall-ġustizzja.

F’dan irrigward, qed ikunu mwieġba diversi sejħiet għal riformi li għandhom isiru, b’mod partikolari dik fil-Qorti talFamilja. Wara diversi riċerki, konsultazzjonijiet mal-istakeholders u anke djalogu mal-pubbliku, aktar kmieni din il-ġimgħa ġiet varata konsultazzjoni pubblika b’rabta mar-riforma fil-Qorti tal-Familja.

Il-Gvern huwa konxju mill-fatt li dan is-settur tal-familja huwa wieħed sensittiv u wieħed li d-diskussjoni dwaru ħafna drabi tmur minn naħa għal oħra u li għalhekk kien jeħtieġ li jittieħed pass għaqli f’din ir-riforma.

Infakkru li hemm proposti varji li qegħdin jitressqu ’l quddiem għal din il- konsultazzjoni pubblika. Fost dawn hemm, li l-Qorti tal-Familja tiġi stabbilita mill-ġdid b’Kodiċi li jikkonsolida l-liġijiet kollha tal-familja u biex jitwaqqaf ukoll Bord
tal-Familja bi rwol importanti filbidu u tul il-proċess tal-medjazzjoni biex jiffaċilita l-proċess ġudizzjarju.

Proposti oħrajn li nemmnu li huma essenzjali huma t-termini ġodda għall-proċess ta’ medjazzjoni sabiex ma jitwalux il-proċeduri mingħajr bżonn flimkien mad-drittijiet u responsabbiltajiet ugwali, coparenting u deċiżjonijiet fl-aħjar interess tat-tfal.

Naqblu ma’ dak li qal il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard waqt it-tnedija tal-konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma fil-Qorti tal-Familja, fejn elenka li f’pajjiżna irid ikun hawn aktar speċjalizzazzjoni li jkunu ta’ għajnuna lill-familji,
sabiex dawn jilħqu riżoluzzjonijiet ġusti bi proċeduri li ma jkunux skabrużi u fit-tul b’enfasi li jiġu prijoritizzati l-interessi tat-tfal u lbżonnijiet tagħhom.

Nemmnu illi bil-parteċipazzjoni ta’ kulħadd nistgħu tassew niżguraw li l-familji jkollhom aċċess għal sistema legali li tkun waħda ġusta, effiċjenti u li tirrispondi għas-sitwazzjonijiet soċjali li jinsabu fihom.

Inħarsu ‘l quddiem għal iktar riformi f’dan il-qasam, b’mod partikolari f’dik tal-kumpilazzjonijiet, fejn mistenni li jiġi ppreżentat Abbozz ta’ Liġi meta jerġa’ jiftaħ il-Parlament.

Ekonomija

Sport