Sunday, November 24, 2024

LEJN SENA OĦRA TA’ SUĊĊESS FIT-TURIŻMU

Aqra wkoll

Ninsabu fix-xahar ta’ Ġunju u l-iskejjel jinsabu viċin li jgħalqu l-bibien tagħhom għall-vaganzi tas-sajf, indikazzjoni wkoll li s-sħana kulma jmur qed tiżdied.

Ma dawn ma jistax jonqos li bosta Maltin jibdew iħejju għall-vaganzi barra minn Malta wara ġimgħat u xhur ta’ ppjanar. Is-sajf tagħna għandu sinjifikat kbir għall-ekono mija nazzjonali billi fix-xhur tas-sajf jilħaq il-qofol tiegħu t-turiżmu lejn pajjiżna.

Quddiem dan kollu ma nistgħux ma nsemmux dak li tħabbar riċentament mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dan hekk kif matul ix-xahar li għadda għaddew ammont rrekord ta’ aktar minn 800,000 pas siġġier mill-Ajruport Internazzjonali Malti.

Din kienet l-ewwel darba li riżultat bħal dan inkiseb filħames xahar tas-sena. Ċifra rekord bħal din kienet intlaħqet f’Lulju 2023.

Din iż-żieda fin-numru ta’ passiġ ġieri ġiet osservata b’mod parallel ma’ żieda ta’ 13.8% fl-għadd ta’ titjiriet, b’total ta’ 5,607 titjiriet matul ix-xahar, kif ukoll tkabbir ta’ 14.1% fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet.

Domanda b’saħħitha għall-ivvjaġġar bl-ajru, flimkien mal-użu effiċjenti tal-postijiet disponibbli fuq ittit jiriet li rriżultaw ukoll f’seat load factor ta’ 85.9%. Irridu nagħtu mertu wkoll lil-linja tal-ajru nazzjonali tagħna, il-KM Malta Airlines, li biegħet aktar minn miljun biljetti tal-ajru.

Dan kollu juri li l-KM Malta Airlines inbniet fuq sisien sodi u quddiemha għandha ġej jieni sabiħ. Fuq kollox iżda għandhom ikunu kburin u kuntenti dawk kollha li ħadmu biex il-linja nazzjona li tal-ajru l-ġdida setgħet tikseb dan is-suċċess propju ftit ġimgħat biss mit-twelid tagħha.

Ma jistax jonqos lanqas li t-tifħir imur ukoll għall-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana li ħadem u kien il-moħħ wara t-twaqqif tal-kumpanija l-ġdida.

Fil-kuntest ta’ dan is-suċċess sinifikanti u inkoraġġanti, intwera wkoll l-għaqal li mexa bih Gvern Laburista fit-tranżizzjoni tal-Air Malta għall-KM Malta Airlines.

Għalhekk huwa inġust ferm li għad hawn min f’pajjiżna li ma jara xejn tajjeb f’dak kollu li wettaq il-Gvern Laburista. Min jirraġuna b’dan il-mod m’għandux idea jew viżjoni ċari ta’ kif għandhom isiru l-affarijiet.

Argumenti ta’ din ix-xorta ma jiswew xejn għaliex il-poplu m’għadux jemminhom u ħadd aktar m’għadu jkun sorpriż bi frażijiet bla sens bħal dawn.

Il-poplu Malti kollu jaf li f’kull suċċess li kiseb il-Partit Laburista fit-tmexxija ta’ pajjiżna dejjem sab min, mhux jikkritikaħ biex l-affarijiet isiru aħjar, imma jattakkaħ bl-aktar mod viljakk biex jitkisser dak kollu li jkun inbena.

Quddiem dan kollu nemmnu li huwa essenzjali li l-KM Malta Airlines issaħħaħ il-kompetittiva tagħha u taġġorna s-servizzi għar-realtajiet u ħtiġijiet ta’ dawk li jużaw is-servizzi tagħha għall-ivvjaġġar tagħhom.

Huwa kruċjali għalhekk li l-KM Malta Airlines tibqa taqdi r-rwol soċjali li kellha l-Air Malta u kif ukoll li żżomm quddiem għajnejha lobb ligu li tkun effiċjenti u effikaċi f’dak kollu li toffri lil min juża s-servizzi tagħha.

Aħna konvinti li l-poplu tagħna huwa leali u kburi b’dak kollu li huwa Malti. Aħna wkoll poplu li nafu napprezzaw it-tajjeb kollu li jsir. Għalhekk kull wieħed u waħda minna għandna r-responsabbiltà li nibżgħu u nikkultivaw dak li ħadmu għalih u bnewnla ta’ qabilna f’kull qasam li qed ingawdu minnu aħna llum.

Sport