Thursday, January 30, 2025

LEN Kampjonati Akwatiċi Ewropej f’Ruma

Aqra wkoll

Malta se tkun rappreżentata fil-LEN Kampjonati Ewropej Ak­wa­­tiċi, li se jiġu organizzati f’Ruma din il-ġimgħa.

L-għawwiema Maltin, Dylan Ca­chia, Matthew Galea, Amy Micallef, Rudi Spiteri, Raoul Stafrace u Thomas Wareing, se jkunu qed jikkompetu f’total ta’ 17-il avveniment kif ukoll fil-kompetizzjoni tal-4x100m freestyle.

Huma bdew l-impenji tagħhom ilbieraħ, il-Ħamis 11 ta’ Awwissu, u jispiċċaw nhar l-Erbgħa li ġej, 17 tax-xahar.

L-għawwiema huma akkumpanjati mill-coach nazzjonali tal-għawm, Delon Dannhauser, u l-fiżjoterapista tat-team, Jed El Saghir.

Intant, il-koppja nazzjonali tal-Għawm Artistiku, Thea Blake u Ana Culic, se jkunu qed jikkompetu fil-Kampjonati tal-Għawm Artistiku li se jsiru wkoll f’Ruma wkoll bejn il­bieraħ u l-15 ta’ Awwissu.

L-atleti jinsabu taħt il-gwida tal-coach nazzjonali, Michelle Hyubner, u l-manager gtat-team, Hannah Preca Trapani.

L-Għawwiema Artistiċi se jkunu qed jipparteċipaw fl-avvenimenti li ġejjin:

Il-Ħamis 11 ta’ Awwissu – 9.30 Solo Free Preliminari (Bidu numru 5 minn 22) – Ana Culic.

Illum il-Ġimgħa, 12 ta’ Awwissu – 3.00 Solo Tech Final (Bidu numru 7 minn 21) – Ana Culic

Tnejn, 15 ta’ Awwissu – 9.30 Duet Tech Final (Bidu numru 7 minn 19) – Thea Blake u Ana Culic.

Wieħed jista’ isegwi l-kampjonati billi titniżżel l-app LEN TV.

Sport