Friday, July 19, 2024

Leon Chetcuti u Josann Attard Pulis jispikkaw  fl-10km tal-Hudson Race Series f’Ħad-Dingli

Aqra wkoll

L-edizzjoni ta’ Ħad-Dingli tal-Hudson Race Series ġibdet folla tajba nhar il-Ħadd li ghadda hekk kif nurmu sostanzjali t’atleti ħadu sehem f’waħda mill-aktar tlielaq ta’sfida  tas-Serje minħabba li fiha numru ta’tlajja.

It-tiġrija tal-10k rat lil Leon Chetcuti u Mark Herrera jiġru spalla ma’ spalla mill-bidu nett tat-tellieqa, b’Chetcuti jaqbeż lil Herrera fl-aħħar ftit metri biex jirbaħ, b’distakk ta’ sekonda biss Fit-tielet post spiċċa Heathcliff Vella. 

It-tiġrija tan-nisa ntrebħet minn Josann Attard Pulis li marret fil-vantaġġ mill-bidu u żammet postha sa’ l-aħħar.  Hija kienet segwita minn Jolene Detbattista, li spiċċat fit-tieni post, filwaqt li Caroline Ciappara ħadet it-tielet post.

Brandon Saliba rebaħ it-tiġrija tal-5k.  Thurstan Dimech u Stefan Sultana ssieltu għat-tieni post,  b’sekonda biss tifred lil Dimech u Sultana.  Sultana spiċċa fit-tielet post.

Charyl Fava ħarġet rebbieħa tat-tellieqa ta’ 5 km, hija ħadet il-vantaġġ mill-bidu iżda kellha sfida tajba mingħand Veronika Kersyte.  Fit-tielet post spiċċat Norah Zammit li wkoll tat prestazzjoni tajba.

Il-premjijiet u trofej ingħataw  lir-rebbieħa mid-Direttur tat-Tellieqa Charlie Demanuele, li feraħ lir-rebbieħa. Demanuele kompla billi rringrazzja lill-atleti tal-preżenza kontinwa tagħhom kif ukoll lil Hudson Holdings għall-appoġġ kontinwu li jipprovdu.

L-organizzaturi jirringrazzjaw ukoll lill-Kunsilli Lokali ta’ Ħad-Dingli u tar-Rabat, lill-Pulizija tad-Distrett tar-Rabat, lil Transport Malta, lit-timijiet mediċi u lill-uffiċjali tat-tellieqa għall-kontribut tagħhom lejn din it-tellieqa.

It-tiġrija li jmiss tal-Hudson Race Series se ssir il-Ħadd 1 ta’ Settembru f’Burmarrad.

Hudson Race Series Dingli Edition – Riżultati

 10km5km
 IrgielNisaIrġielNisa
1stLeon Chetcuti (35.11)Josann Attard Pulis (42:04)Brandon Saliba (17:51)Charyl Fava (20:05)
2ndMark Herrera (35.12)Jolene Debattista (45:12)Thurstan Dimech (18:11)Veronika Kersyte (20:44)
3rdHeathcliff Vella (38:26)Caroline Ciappara (47:49)Stefan Sultana (18:21)Norah Zammit (23:15)
     
     
Gruppi tal-Eta’
30-34Jeremy Curmi (41:54)Jessica Vella ( 55:00)Angel David Rincon (18:22)Jessica Mifsud (29:39)
35-39Pierre Lindh (41:36)Claudia Buhagiar (57:45)Ryan Farrugia (18:50)Lorna Mifsud (24:29)
40-44Jonathan Vella (45:32)Sharon Caruana (49:17)Clive Ferrante (18:59)Cherylie Farrugia (26:32)
45-49Stefan Spiteri (39:08)Roseanne Bonello (57:01)Charlie Sciberras (23:58)Daniella Caruana (29:59)
50-54Patrick Mintoff (45:35)Carmen Scerri (56:21)Claude Farrugia (22:56)Michelle Spiteri (28:35)
55 – 59Matthew Montebello (50:09) Matthew Pace (26:54)Doris Farrugia (23:55)
60+John Saliba (44:21)Maria Delgado Betanzo 91:07:55)George Schembri (25:02)
65-69Godwin Tonna (51:01)John Attard Kingswell (27:32)
70+Nicholas Vassallo (1:08.01)Domnic Farrugia (32:34)
     
Ekonomija

Sport