Saturday, December 21, 2024

Leonardo Bonucci jiftaħ kawża legali kontra Juventus

Aqra wkoll

L-eks difensur internazzjonali Taljan, Leonardo Bonucci, qed jieħu azzjoni legali kontra l-eks club tiegħu, Juventus, wara li sostna li tħalla jħossu “umiljat”.

Bonucci ngħaqad ma’ Union Berlin bi trasferiment ħieles f’Awwissu wara li ġie ffriżat barra mill-iskwadra ta’ Juventus wara li ġiet rapportata tilwima mal-coach Massimiliano Allegri.

“Iddeċidejt, wara tbatija kbira, li nkompli kawża kontra Juventus,” qal Bonucci ta’ 36 sena.

“Ħassejtni imbattal minn kollox, umiljat.”

Bonucci qatta’ 12-il sena f’Turin fuq żewġ perjodi u rebaħ is-Serie A tmien darbiet ma’ Juventus minbarra li għen lill-Italja tirbaħ il-Euro 2020.

Ekonomija

Sport