Tuesday, December 24, 2024

Leonid Mckay maħtur Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis

Aqra wkoll

Is-Sur Leonid McKay se jinħatar bħala Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis.  

Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza b’referenza għall-Awtorità li twaqqfet ftit tax-xhur ilu.

Is-Sur McKay għandu esperjenza ta’ tmexxija ta’ awtoritajiet pubbliċi u ħadem għal snin twal fis-settur soċjali. McKay gradwa fis-Soċjoloġija u fil-politika soċjali f’livell ta’ Masters. Hu ħadem għal tnax-il sena fi ħdan is-servizzi differenti ta’ Caritas Malta qabel ma nħatar Direttur fl-2014. 

Fl-2018 huwa nħatar Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar fejn ħadem biex saħħaħ is-servizzi mogħtija, filwaqt li tnedew numru ta’ skemi ġodda u bdew jitħaddmu riformi li kienu ilhom mistennija snin u li provdew assistenza lil eluf ta’ persuni.

Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari jirringrazzjaw lis-Sinjura Mariella Dimech għas-sehem tagħha fl-aħħar xhur.

Ekonomija

Sport