Ħames timijiet kisbu punti massimi hekk kif intlagħbet it-tieni ġurnata ta’ L’Equipe Summer League li qed isir fil-grawnd tal-Għargħur.
Minn grupp A, ROA Brothers u FM Interiors komplew jikkonvinċu hekk kif kisbu rebħiet kbar ta’ 6-1 u 10-5 kontra Aston Birra u Kanon Gaming rispettivament.
Għal ROA Brothers spikka Raul Moraru li kien awtur ta’ poker filwaqt li Andrea Rufa skorja tripletta fir-rebħa kbira li kellhom FM Interiors.
Sadanittant Macedonia batew aktar milli mistenni sabiex jegħlbu l-isfida denja ta’ Niupi FC 4-3. L-aqwa skorer tal-kampjonat Daniel Stojanov skorja tliet gowls f’din il-partita għal Macedonia.
Flutter kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara skor kbir ta’ 9-1 fuq Ernst and Young l-istess bħalma għamlu De Fonseca u Masters R United li kisbu l-ewwel tliet punti tagħhom wara rebħiet kontra All Blacks 7-4 u Marsaskala 4-2 rispettivament.
Minn grupp B, Leġġendarji AFC u Spartans kisbu żewġ rebħiet minn daqstant logħbiet wara suċċessi ta’ 6-3 u 14-6 kontra La Famiglia AFC u CFDS rispettivament.
Għal Leġġendarji kien sforz kollettiv li wassal għat-tliet punti finali b’Lio Esse Jr, Davide Martini u Elvis Johnson li skorjaw doppjetta kull wieħed.
Miroslav Vukas u Danijel Vasic kienu ta’ ispirazzjoni għall-Ispartans hekk kif skorjaw erba’ gowls kull wieħed.
Spurs u Orthodox kisbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun wara skors kbar ta’ 12-0 u 9-4 kontra Pentasia u Patatinaikos rispettivament.
Dynamo Lynx irritornaw għar-rebħ hekk kif għelbu lil Mapfre MSV Life 4-1 filwaqt li Madballerz qabżu lil Azzurri FC fil-klassifika wara rebħa ta’ 4-1.
KLASSIFIKA GRUPP A
Macedonia, ROA Brothers, FM Interiors 6, Flutter 4, Niupi FC, De Fonseca, Masters R United, All Black 3, Marsaskala 1, Ernst and Young, Aston Birra, Kanon Gaming 0
KLASSIFIKA GRUPP B
Leġġendarji AFC, Spartans 6, Spurs, Orthodox Wizards, Madballerz 4, La Famiglia AFC, Dynamo Lynx, Azzurri FC 3, Patatanaikos 1, Mapfre MSV Life, CFDS, Pentasia 0.