Sunday, November 24, 2024

“Lesti noffru x-xogħol lil refuġjati Ukreni u anke akkomodazzjoni… bżonn li jitħaffu l-proċessi”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Isabelle Debattista, Direttur ma’ Mirabelle Ent. Ltd, li hi kumpanija stabbilita tal-ikel f’pajjiżna għal dawn l-aħħar 41 sena, meta kkummentat ma’ talk.mt qaltilna li “Malta aħna pajjiż ngħinu lil min hu fil-bżonn. Ir-refuġjati li qed jaħarbu il-gwerra u bdew jiġu u se jiġu iktar nies f’pajjiżna, għandhom id-dinjità u jixtiequ jaħdmu. Fl-industrija tagħna u ta ħafna aktar setturi għandna bżonn il-ħaddiema. Hemm xejn inqas minn żewġ miljun Ukren li qed ħarbu mill-gwerra diġa. Għandna nuqqas kbir ta’ ħaddiema fl-industrija tal-ikel u tal-akkomodazzjoni f’pajjiżna. Din is-sitwazzjoni li sfortunatament jinsabu fiha dawn in-nies tista’ tintuża biex bħala pajjiż ngħinu lil dawn ir-refuġjati u dan billi ntuhom opportunità li jaħdmu. Ngħid iżda li għandna bżonn l-għajnuna tal-gvern u tal-Ministeru tas-Saħħa. Aħna qegħdin noffrulhom akkomodazzjoni bla ħlas. Ħriġna avviż u kellna rispons qawwi. Sal-bieraħ stess għamilna intervisti. Waħda mit-tfajliet li intervistajna m’għandhiex vaċċin. Lesti noffru akkomodazzjoni għal min mhux imlaqqam. Biss nixtiequ li jkun hemm linja diretta mal-awtoritajiet tas-saħħa. Ma nistgħux nistennew. Dawn nies  ħarbu b’li kellhom fuqhom. Hemm nies li waslu il-Polonja u lest li jiġu hawn. Dawn ġew offruti akkomodazzjoni b’xejn għal tlett ġimgħat il-Polonja u fadlilhom ġimagħtejn biss b’xejn. Lesti li nagħmlulhom kwarantina f’akkomodazzjoni tagħna. Se noffruhom ikel kuljum u akkomodazzjoni sakemm tgħaddi l-kwarantina. Ma nistgħux indumu ġimgħat jew xhur sakemm jinħarġu permessi tax-xogħol. Nixtiequ li jkun hemm linji gwida biex jinħarġu l-permessi tax-xogħol. Hemm limitu kemm nistgħu intawlu. Ma nistgħux indumu  xahar u nofs biex iġġib permess tax-xogħol”, qaltilna Isabelle, direttur ma’ Mirabelle. Tenniet li “minn hawn inħeġġeġ operaturi u kumpanji ta’ intrapriżi biex jagħmlu bħal ma għamilna aħna u jgħinu.”

Sport