Saturday, September 28, 2024

Lewandowski determinanti sabiex Szczesny jingħaqad ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Diversi gazzetti Spanjoli tkellmu kemm l-attakkant internazzjonali Pollakk Robert Lewandowski kien determinanti sabiex il-goalkeeper Wojciech Szczesny ingħaqad ma’ Barcelona. Dawn tal-aħħar sabu ruħhom mingħajr goalkeeper titolari wara li Marc Andre Ter Stegen weġġa’ fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Lewandowski kellem lil Szczesny personalment u pperswadih sabiex jabbanduna l-idea li jirtira u jingħaqad magħhom speċjalment għax it-tim kellu bżonnu.

B’hekk iż-żewġ plejers veterani Pollakki se jilagħbu flimkien għall-ewwel darba fuq livell ta’ klabb.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport