L-attakkant internazzjonali Pollakk ta’ Barcelona, Robert Lewandowski, għadda minn esperjenza xejn tajba meta nsteraqlu l-arloġġ mill-karozza tiegħu.
Waqt li kien sejjer lejn it-taħriġ sab bosta partitarji jistennewh biex jieħdu l-firma tiegħu … u bħala ġest umli huwa niżel mill-karozza u beda jagħti l-firma tiegħu. Iżda huwa nduna li kien hemm żewġ irġiel li daħlu fil-karozza tiegħu u ħarbu bl-iscooters. Kif ra hekk huwa telaq jiġri warajhom għax basar li kien nsteraqlu l-arloġġ. Sadanittant il-pulizija tal-patrol ġew mgħarrfa minnufih b’dan l-inċident u qabdu lill-ħallelin.
Sar magħruf ukoll li huma rmew l-arloġġ waqt li kienu qed jiġu segwit … iżda eventwalment l-arloġġ instab qawwi u sħiħ.
Lewandowski sostna li mar jiġri wara l-ħallelin minħabba li l-arloġġ għandu valur sentimentali.