L-attakkant veteran Pollakk Robert Lewandowski żvela li lura għas-sena 2012 hu kien viċin ħafna li jingħaqad ma’ Manchester United. Kien l-eks kowċ tagħhom Sir Alex Ferguson li ċempillu u ħajru biex ikun parti mill-iskwadra tagħhom. Dak iż-żmien hu kellu 24 sena u kollox kien lest iżda l-klabb proprja tiegħu Borussia Dortmund ma ried bl-ebda mod li jħallih jitlaq.
Lewandowski minkejja li ma kienx ċar fi kliemu deher li ddiżappunta ruħu li ma setax imur magħhom proprju fl-aqwa tal-karriera tiegħu.
Fil-preżent, Lewandowski jilgħab ma’ Barcelona fejn qed ikun fundamentali bil-gowls li qed jiskorja.