Tuesday, December 24, 2024

Lewis Hamilton jirbaħ il-Grand Prix tal-Arabja Sawdita

Aqra wkoll

Is-sewwieq Britanniku tal-Formula Wieħed, Lewis Hamilton (Mercedes) rebaħ il-Grand Prix tal-Arabja Sawdita, fiċ-ċirkwit ta’ Jeddah li kien karatterizzat minn aċċidenti u saħansitra spiċċa f’kaos. 

Din kienet il-103 rebħa tal-karriera tiegħu hekk kif issa kollox se jiddependi mill-Grand Prix ta’ Abu Dhabi li se ssir nhar il-Ħadd li ġej biex jiġi ddikjarat ir-rebbieħ bejn l-istess Hamilton u l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull). 

L-ewwel aċċident seħħ fl-10 dawra meta s-sewwieq tal-Haas, Mick Schumacher ikkraxxja fil-ħajt ta’ barrikati biex it-tiġrija kellha tiġi sospiża wara li ħarġet is-safety-car kif ukoll il-bandiera l-ħamra. 

F’dan il-mument, Max Verstappen bidel l-istrateġija tiegħu meta daħal fil-pits biex jibdel it-tyres u għaldaqstant meta ssoktat it-tiġrija huwa ħa l-vantaġġ, b’Hamilton kien jidher irrabjat għall-aħħar. 

L-isfida bejn dawn iż-żewġ sewwieqa saret waħda personali fejn saħansitra Verstappen ingħata penalitá ta’ ħames sekondi wara li għamel kuntatt ma’ Hamilton hekk kif deher li se jaqbżu fis-37 dawra. Il-Britanniku qatt ma ħares lura biex rebaħ f’ħin ta’ 2:06:15.118.

Fit-tielet post temm il-Finlandiż Valtteri Bottas (Mercedes) segwit mill-Franċiż Esteban Ocon (Alpine) u l-Awstraljan Daniel Ricciardo (McLaren).  

B’din ir-rebħa, issa Hamilton laħaq lil Max Verstappen bi 369.5 punti kull wieħed … b’nhar il-Ħadd issir il-finali.

Ekonomija

Sport