Friday, May 17, 2024

Ċiklist jindarab gravi wara li ntlaqat minn vettura fil-Marsa Ħamrun bypass

Aqra wkoll

Ċiklist sofra ġrieħi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-7:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fil-Marsa Ħamrun bypass.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 32 sena mill-Gambja kien intlaqat minn vettura tal-għamla Mazda Demio li kienet qiegħda tinstaq minn żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew liċ-ċiklist sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar għall-kura neċessarja. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport