“Li wieħed imur jarmi l-iskart tal-kostruzzjoni fl-ambjent tagħna hija xi ħaġa li qatt mhu se nittolleraw.” Hekk kitbet il-Ministru Alison Zerafa Civelli b’reazzjoni tagħha dwar skart ta’ kostruzzjoni li kontinwament qiegħed jintrema b’mod illegali l-aktar fil-kampanja.
Il-Ministru qalet li f’Marsaxlokk saret ħidma ta’ tindif biex jitneħħa skart tal-kostruzzjoni li kien intrema illegalment.
Grazzi lill-ħaddiema tad-Diviżjoni għall-ħidma u l-impenn tagħhom biex inżommu l-lokalitajiet tagħna nodfa u miżmuma tajjeb,” temmet tgħid il-Ministru Alison Zerafa Civelli.
