Thursday, October 22, 2026
Home Internazzjonali Koppja mressaq il-Qorti fil-Brażil akkużata bil-qtil ta’ binhom

Koppja mressaq il-Qorti fil-Brażil akkużata bil-qtil ta’ binhom

0
48

Koppja ta’ età żgħira li ltaqgħu flimkien meta kienu qegħdin jilgħabu online, ġew arrestati u tressqu l-Qorti fil-Brażil hekk kif ġew akkużati li qatlu lil binhom.

It-tarbija bl-isem ta’ Bryan Gabriel Guedes de Lucena ngħata 24 daqqa ta’ sikkina u skont l-esperti “sofra ħafna qabel ma miet”.

Kien fl-14 ta’ Ottubru li għadda meta t-tarbija nstabet maqtulha f’Patos fil-Brażil u mill-ewwel bdiet tfittxija għal ġenituri tiegħu.

Jirriżulta li t-tifel kellu 13-il daqqa fuq dahru u fuq idejh u 11-il daqqa oħra fuq wiċċu, sidru u żaqqu.

Mirelly Laila Lucena Braz u Marcos Gabriel Santos Pacheco de Alacoque l-ġenituri t-tnejn li huma ta’ 19-il sena ġew arrestati u mill-investigazzjonijiet ħareġ li huma bdew jakkużaw lil xulxin bil-qtil. Il-pulizija Brażiljana ressquhom il-Qorti fejn baqgħu jinżammu arrestati.

L-omm qalet lill-pulizija li kien is-sieħeb li qatlu minħabba li skont hu hija kienet qiegħda tagħti aktar attenzjoni lit-tarbija milli lilu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here