Wednesday, December 25, 2024

“Li kieku konna f’eżami konna nġibu 8 minn 100”

Il-Ministru għall-Ġustizzja jikkjarifika dwar ir-rapport tal-GRECO

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet Parlamentari, id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja dwar ir-rapport tal-GRECO. Fenech Adami qal li skont ir-rapport maħruġ irriżulta li kienu biss żewġ rakkomandazzjonijiet mill-25 imressqa li kienu ġew attwati u li kieku l-gvern kien f’eżami kien iġib 8 minn 100.

Min-naħa tiegħu l-Ministru Jonathan Attard spjega li l-GRECO qed jgħid li l-gvern Malti implimenta kompletament żewġ rakkomandazzjonijiet iżda żied jgħid li hemm numru ta’ rakkomandazzjonijiet li qegħdin fi stadju li jiġu implimentati. “Kif spjegajt qabel hemm proċess sħiħ biex dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu implimentati”, kompla l-Ministru.

Il-Ministru fakkar li Partit Nazzjonalista fil-gvern kellu disa’ rakkomandazzjonijiet x’jattwa fl-istess żmien li l-istess Beppe Fenech Adami kien Assistent Parlamentari lura fl-2012. Sostna li dak iż-żmien ir-rapport tal-GRECO kien jgħid li l-ebda waħda mir-rakkomandazzjonijiet ma kienet ġiet attwata u li għalhekk il-punteġġ tal-Partit Nazzjonalista dak iż-żmien kien żero.

Ekonomija

Sport