Id-DJ Ryan Spiteri fl-aħħar ħin ukoll esprima l-kondoljanzi tiegħu lill-familja tat-tfajla ta’ 19-il sena li aktar kmieni dalgħodu kienet involuta f’inċident fatali fil-Marsa.
Spiteri qal li lanqas jista’ jemmen li bħalma ġara fil-passat kien tilef żewġ persuni li kienu jattendu l-parties tiegħu u fiż-żewġ każijiet għamel minuta silenzju għalihom. Huwa kien jagħmel dan bħala turija ta’ rispett billi qalb dak l-istorbju u l-pjaċir li jkun għaddej, jieqaf u l-istess tagħmel il-folla preżenti.
Huwa kompla jgħid li kieku mhux għall-pandemija, is-sibt li ġej għandu party ieħor u fl-istess ġimgħa tilfet ħajjitha Elenia Briffa jumejn biss qabel. Huwa tenna jgħid li li kieku sar kieku “żgur mhux forsi is-Sibt kont nagħmel l-istess għalik. Kulhadd jaf li kienet wahda mill-folla tiegħi”.