Saturday, December 28, 2024

Li tipprivatizza s-suq tal-enerġija ma jagħmilx sens f’kuntest lokali

- Dr Joseph Muscat waqt ix-xhieda tiegħu quddiem il-PAC

Aqra wkoll

“Id-diskussjoni bejn il-Gvern u l-Electrogas dwar l-excise tax kienet parti minn pakkett aktar wiesgħa li, fit-totalità tiegħu, wassal għal bilanċ vantaġġjuż bil-kbir għal Enemalta. Iġifieri l-poplu Malti mar aħjar bin-negozjati li għamilna,” hekk sostna l-eks Prim Ministru Joseph Muscat meta kompla jagħti x-xhieda tiegħu quddiem il-Kumitat Permanenti tal-Kontijiet Pubbliċi (PAC) dwar il-proġett tal-Electrogas u r-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO).

L-eks-Prim Ministru sostna li l-Enemalta kienet kumpanija falluta taħt il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern u qatt ma setgħet tiffinanzja l-bżonn ta’ powerstation ġdida li llum kulħadd jirrikonoxxi l-importanza tagħha.

Mistoqsi dwar il-privatizzazzjoni tas-suq tal-enerġija kif qiegħed jipproponi l-Partit Nazzjonalista, Dr Muscat sostna li din il-proposta ma tgaħmilx sens f’kuntest lokali. Qal li Gvern Nazzjonalista kien innegozja ftehim ma-Unjoni Ewropea, u dan il-ftehim iġiedded għal sens snin minn Gvern Laburista fl-2020. Dan jitkellmu b’mod ċar Malta ma tkunx obbligata tipprivatizza s-suq tal-enerġija minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali tagħha.

Dr Muscat waqt ix-xhieda tiegħu fakkar li kien il-Partit Laburista fil-Gvern li naqqas il-kontijiet tad-dawl, naqqas it-taxxa kull sena u daħħal iċ-childcare b’xejn. Kien il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern li faqqar lin-nies u tefahom fil-kjuwijiet biex iħallsu l-kontijiet.

Fakkar kif l-Partit Nazzjonalista ried ibiegħ lill-Enemalta għal ewro wieħed biss. “Meta dħalna aħna fit-tmexxija, ġibna lill-Gvern Ċiniż biex jinvesti 300 miljun ewro fl-Enemalta. Dan il-pass kien akkwist enormi għal pajjiż għaliex stajna ninvestu aktar fil-qasam tal-enerġija, fosthom fuq in-network tad-distribuzzjoni li x-xogħol fuqu għadu għaddej,” tenna Dr Muscat.

Ix-xhud kompla jgħid li l-Gvern Malti qiegħed jagħmel tajjeb li jissussidja l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u jekk iċedi għal pressjoni biex jieqaf is-sussidju tkun daqqa kbira għall-ekonomija.

Ekonomija

Sport